Studenti Maltin Minn Centrestage Malta Jispikkaw Fil-Junior Theatre Festival F’Birmingham

Grupp ta’ studenti mimlija talent minn Centrestage rrappreżentaw lil Malta fil-festival prestiġjuż Junior Theatre Festival organizzat minn MTI Europe li sar fi tmiem il-ġimgħa f’Birmingham. L-istudenti ħadu sehem fil-festival wara ġimgħat ta’ provi intensivi, fejn ippreżentaw mini musical apposta quddiem skejjel tal-arti performattiva minn madwar l-Ewropa u pajjiżi oħra.



Il-Junior Theatre Festival huwa meqjus bħala wieħed mill-aktar avvenimenti importanti ddedikati għat-teatru mużikali taż-żgħażagħ u jinkludi performances, workshops u sessjonijiet edukattivi mmexxija minn professjonisti tal-industrija.



Matul il-festival, il-gruppi parteċipanti rċevew ukoll evalwazzjoni u feedback minn esperti tat-teatru mużikali, li analizzaw il-wirjiet u pprovdew rapport dettaljat lil kull skola. Il-festival intemm b’ċerimonja tal-premjijiet li saret is-Sibt 23 ta’ Mejju, fejn ingħataw diversi unuri lill-iskejjel parteċipanti għal kisbiet differenti fil-qasam tal-arti performattiva.



Centrestage Malta qalet li tinsab kburija ħafna bl-impenn, id-dedikazzjoni u x-xogħol li wrew l-istudenti waqt il-preparamenti u matul il-festival, filwaqt li faħħrithom talli rrappreżentaw lil Malta fuq livell internazzjonal

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI