“U għalaqna erba’ snin miżżewġin! Kif jgħaddi ż-żmien hux”, kienu dawn il-kelmiet li bihom Glen Ciantar fetaħ post emozzjonanti ddedikat lil martu fl-okkażjoni tar-raba’ anniversarju taż-żwieġ tagħhom.
Fil-messaġġ tiegħu, Glen tkellem dwar kemm hu u martu huma differenti minn xulxin, iżda sostna li proprju dawn id-differenzi jgħinuhom jikkumplimentaw lil xulxin fil-ħajja ta’ kuljum. “Għall-kuntrarju tiegħi, il-mara hi riservata ħafna, però minħabba fija jispiċċaw ibatu miegħhi minħabba li jien persuna pubblika. Però b’xi mod issa drat ukoll,” kiteb Glen.
Hu kompla jirringrazzja lil Alla talli laqqgħu ma’ “mara b’saħħitha ħafna”, filwaqt li semma wkoll il-wasla tat-tarbija tagħhom bħala grazzja oħra fil-ħajja tagħhom. “Il-ħajja tinbidel kuljum. Daqqa ups u daqqa downs. Kull relazzjoni hekk, però l-importanti li dejjem titfgħu lil xulxin l-ewwel u qabel kollox. L-affarijiet l-oħra jgħaddu wkoll. L-importanti li ma tmutx l-imħabba,” qal Glen fil-messaġġ tiegħu.
Fi tmiem il-post tiegħu, Glen għalaq b’messaġġ sempliċi iżda mimli emozzjoni, fejn qal li minkejja li forsi mhumiex nies sinjuri, iħossuhom li għandhom kollox għax għandhom lil xulxin.
“M’aħniex nies sinjuri, però għax għadna lil xulxin, għadna kollox.
Facebook / Glen Ciantar