Fra George Micallef ġie maħtur uffiċjalment bħala l-Gwardjan u Rettur il-ġdid tal-Knisja ta’ San Franġisk f’Birkirkara. L-aħbar tħabbret mis-Soċjetà Mużikali Sant’ Antnin A.D. 1983, li awgurat lil Fra George kull suċċess fil-missjoni pastorali l-ġdida tiegħu fi ħdan il-komunità Franġiskana u dik Karkariża.
Fl-istess waqt, is-Soċjetà sellmet u rringrazzjat lil Fra Michael Attard għall-ħidma tiegħu bħala Gwardjan tal-kunvent u Rettur tal-knisja matul iż-żmien li serva f’dawn il-karigi. Intqal li Fra Michael kellu jċedi r-responsabbiltajiet tiegħu minħabba raġunijiet ta’ saħħa.
Fil-messaġġ tagħha, is-Soċjetà Mużikali Sant’ Antnin esprimiet il-gratitudni tagħha lejn Fra Michael għas-servizz tiegħu u talbet biex Sant’ Antnin ikompli jbierek u jmexxi kemm lil Fra George kif ukoll lil Fra Michael fil-mixja tagħhom.
Il-komunità Karkariża issa tilqa’ lil Fra George fir-rwol il-ġdid tiegħu, filwaqt li tawguralu kull ġid fil-ħidma pastorali u spiritwali tiegħu fost il-fidili.
Facebook / Knisja San Franġisk, Birkirkara