Bil-Filmat: Sorpriża Ħelwa Għall-Istudenti Ta’ Dingli Secondary School Fi Tmiem Is-Sena Skolastika

L-istudenti kollha tal-Iskola Sekondarja ta’ Ħad-Dingli l fi ħdan il-Kulleġġ San Nikola ngħataw sorpriża ħelwa hekk kif l-iskola qed tħejji biex tagħlaq sena skolastika oħra. Permezz ta’ messaġġ li qasmet fuq il-midja soċjali, l-iskola spjegat li l-istudenti ġew offruti doughnut bħala ġest ta’ apprezzament għall-ħidma u d-dedikazzjoni tagħhom matul is-sena.

L-iskola saħqet li temmen li l-benesseri tal-istudenti u s-sens ta’ appartenenza huma fatturi importanti biex kull tifel u tifla jkunu jistgħu jirnexxu. Żiedet li mumenti żgħar bħal dawn jgħinu biex jissaħħu r-rabtiet fi ħdan il-komunità skolastika u jfakkru lill-istudenti li huma parti importanti mill-familja tal-iskola.



L-Iskola Sekondarja ta’ Ħad-Dingli qalet ukoll li tibqa’ impenjata li toffri ambjent ġust, pożittiv u ta’ sostenn fejn l-istudenti jħossuhom siguri, rispettati u mħeġġa jagħtu l-aħjar tagħhom. Fl-istess ħin, l-iskola kompliet tenfasizza l-importanza li jinżammu standards għoljin biex l-istudenti jikbru f’persuni responsabbli, reżiljenti u b’sens qawwi ta’ rispett lejn l-oħrajn.



Fi tmiem il-messaġġ tagħha, l-iskola faħħret lill-istudenti kollha għall-isforzi li għamlu matul is-sena skolastika, filwaqt li rringrazzjat lill-edukaturi u lill-familji għall-appoġġ kontinwu tagħhom. U inti, tiftakar xi sorpriża speċjali li kont tieħu mill-iskola tiegħek lejn l-aħħar tas-sena skolastika?



Ritratti:

Facebook / Dingli Secondary School – St. Nicholas College

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI