Għall-kantanta lokali Patricia Chibuzor kellha mument li se tibqa’ tiftakar għal ħajjitha kollha. Qasmet l-esperjenza emozzjonali wara li kellha l-opportunità tkanta flimkien mal-kantant Franċiż Slimane, li rrappreżenta lil Franza fil-Eurovision Song Contest 2024.
“Sententejn ilu kont id-dar nara l-Eurovision 2024,” kitbet Patricia. “Niftakar meta rajt il-wirja ta’ Franza u bqajt kompletament affaxxinata. Dak l-artist kien Slimane.”
Hija stqarret li qatt ma kienet timmaġina li sentejn wara kienet se tkun miegħu fuq il-palk, tkanta miegħu quddiem udjenza mill-isbaħ.
“Kienet prova li xi kultant in-nies li jispirawk mill-bogħod jistgħu jsiru parti mill-istorja tiegħek stess.” Patricia rringrazzjat lil Slimane għall-ġentilezza u l-ġenerożità tiegħu, kif ukoll għall-memorja li se ġġorr magħha għal dejjem.
“Il-ħolm tassew isir realtà,” temmet tgħid il-kantanta. Prosit kbira Patricia, tassew unur dan! Araw il-filmat hawn taħt:
Instagram/ Slimame