Romina Bonaci – Wiċċ Magħruf Fit-Televiżjoni U T-Teatru Malti

Għal ħafna Maltin, Romina Bonaci hija figura pubblika li ilhom jaraw fuq it-televiżjoni għal snin twal. Kemm bħala attriċi kif ukoll bħala preżentatriċi, hija rnexxielha tibni karriera bbażata fuq it-talent, il-ħidma u l-imħabba tagħha lejn id-dinja tad-divertiment.

Ħafna għadhom jiftakruha għall-irwol ta’ Norma fis-sensiela popolari Ipokriti, filwaqt li matul is-snin ħadet sehem ukoll f’diversi produzzjonijiet oħra li wassluha qrib il-qlub tal-udjenzi Maltin. Barra mill-palk u l-kameras, Romina narawha wkoll bħala preżenza regolari fuq it-televiżjoni bħala preżentatriċi, fejn spikkat għall-mod naturali tagħha. U xi ngħidu għal dawk ir-riċetti tant tajbin li tippreżentalna?!



Flimkien ma’ żewġha Karl Bonaci, hija ppreżentat diversi programmi li jġibu lill-familji Maltin flimkien quddiem l-iskrin. Din il-koppja saret magħrufa u maħbuba mhux biss għall-ħidma tagħha fil-midja, iżda wkoll għall-valuri familjari li dejjem żammet qrib qalbha.



Illum, Romina Bonaci tibqa’ figura apprezzata għas-sehem tagħha fid-divertiment Malti.



Ritratti:

Fb/F Living

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI