Fil-paġna tiegħu Guilherme’s Journey of Hope, ġie żvelat li li f’dawn l-aħħar jiem, Guilherme żdiedulu l-aċċessi epilettiċi (seizures) kif ukoll il-mediċini li qed jieħu.
“Is-seizures żdiedu… Il-mediċini żdiedu wkoll,” kiteb Guilherme b’mod sinċier. Huwa spjega wkoll li wara kull seizure iħossu għajjien ħafna u jkollu bżonn jistrieħ. “Wara kull seizure inħossni bla saħħa u rrid norqod,” qal.
Minkejja d-diffikultajiet li qed jaffaċċja, Guilherme żvela li llum kellu appuntament mal-konsulent tiegħu, filwaqt li talab it-talb u s-sapport tas-segwaċi tiegħu. Bosta persuni minnufih bagħtulu messaġġi ta’ kuraġġ u awgurawlu l-aħjar għall-appuntament mediku tiegħu.
Iktar tard wara dan il-messaġġ kiteb, “il-papà qalli li se ngħaddu minn ftit żmien diffiċli…se nbiddlu waħda mill-mediċini. “Imbagħad għannaqni u qalli biex ma ninkwetax għax se jkun ħdejja l-ħin kollu,” temm jgħid.
Min-naħa tagħna, nawguraw lil Guilherme kull ġid u nittamaw li jirċievi l-aħjar kura possibbli!
Fb/ Guilherme’s journey of hope