Il-bust ta’ Frans Sammut fi Ġnien Tfulija ġie vandalizzat nhar il-Ħadd wara nofsinhar meta grupp ta’ żgħażagħ mhux magħrufa sprejjawh b’żebgħa ħamra.
Skont il-Kunsill Lokali, hekk kif sar magħruf l-inċident ittieħdu passi immedjati sabiex il-ħsara tiġi indirizzata. Fil-fatt, sar kuntatt minnufih mal-artist Jesmond Bonello biex iż-żebgħa titneħħa mill-monument kemm jista’ jkun malajr.
Il-Kunsill ikkundanna dan l-att ta’ vandaliżmu, filwaqt li fakkar li dawn l-azzjonijiet jagħmlu ħsara lill-patrimonju u lill-ispazji pubbliċi li huma maħsuba biex jitgawdew minn kulħadd. “Bil-vandaliżmu ħadd ma jibbenefika,” sostna l-Kunsill fil-messaġġ tiegħu, filwaqt li appella għal aktar rispett lejn il-monumenti u l-proprjetà pubblika.
Facebook / Kunsill Lokali Ħaż-Żebbuġ