“Iddiskutejna Kif Għawdex Jista Joffri Prodott Turistiku Ta’ Kwalità Li Jirrifletti L-Identità Unika Tiegħu” – Il-Ministru Jo Etienne Abela

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, l-Ministru Jo Etienne Abela żamm lis-segwaċi tiegħu aġġornati permezz ta’ informazzjoni dwar laqgħa riċenti.

Beda billi qal, “Insaħħu l-potenzjal turistiku f’Għawdex. F’laqgħa mal-Kamra tan-Negozju għal Għawdex, iddiskutejna kif Għawdex jista joffri prodott turistiku ta’ kwalità li jirrifletti l-identità unika tiegħu. Mudell li jdawwar l-ekonomija matul is-sena kollha u li jiggarantixxi aktar sostenibbiltà. Ġiet diskussa l-bażi kulturali li toffri esperjenza awtentika u sinifikanti lill-viżitaturi.”

Kompla billi żied jgħid, “Iddiskutejna proġetti ta’ konnettivita’ biex nattiraw turiżmu u impiegi ta’ valur ogħla. Inħares ’il quddiem għal aktar kollaborazzjoni f’dan is-settur vitali.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI