Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, The Malta Records qasmu mas-segwaċi tagħhom ftit informazzjoni rigward rekord nazzjonali li ġie ppreżentat riċentament.
Huma qalu, “The Malta Records ilbieraħ konna mistiedna waqt programm televiżiv sabiex nippreżentaw rekord nazzjonali ġdid fil-gżejjer Maltin. L-ikbar ammont ta’ ħobż tat-tip xiklun li tqatta’ u ndilek bil-kunserva minn 2 persuni fi 3 minuti, dirett fuq stazzjon televiżiv lokali.”
Żiedu, “Total ta’ 101 biċċiet tal-ħobż, maqtugħa minn xikluni ta’ 550 gramma ‘l wieħed, ġew midluka. Dan ir-rekord nazzjonali ġdid ġie mwaqqaf minn Stephanie Spiteri u Bastjan Debono waqt il-programm ‘Illum ma’ Steph’ fuq l-istazzjon nazzjonali televiżiv TVM. Ħajr lill-kumpanija Maypole li pprovdiet il-ħobż u l-kunserva, fost affarijiet oħra.”