Different Minds Joħorġu l-Ewwel Album Tagħhom ‘Different Minds 2026’

Wara aktar minn għoxrin sena ta’ passjoni lejn il-mużika, il-band Maltija Different Minds ħarġet l-ewwel album uffiċjali tagħha, Different Minds 2026.

L-istorja tal-band bdiet fl-aħħar tas-snin disgħin bl-ewwel kanzunetta tagħhom, I Can Change, li eventwalment ġiet rilaxxata fl-2018 mill-kantant ewlieni Robert G. Wara snin mifrudin, il-membri oriġinali Robert G, Jason Mizzi u Elton Abela reġgħu ngħaqdu, filwaqt li aktar tard reġa’ ngħaqad ukoll id-drummer oriġinali Mario Gatt.



Fl-2020, Different Minds kisbu suċċess kbir bil-verżjoni tagħhom ta’ Across The Borderline, li laħqet l-ewwel post tal-klassifiki Maltin għal ġimagħtejn konsekuttivi. Dan wassalhom biex jibdew joħorġu aktar materjal oriġinali, fosthom Helping Hand u Different Not Less.

L-album il-ġdid jinkludi 11-il kanzunetta, fosthom sitt kanzunetti ġodda. Il-band qalet li dan l-album jirrappreżenta t-twettiq ta’ ħolma li ilha tinbena għal ħafna snin.

Il-formazzjoni attwali ta’ Different Minds hija magħmula minn Robert G, George Mole, Robert Tomasolo “It-Toti”, Elton Abela, Jason Mizzi u Mario Gatt.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI