Jagħlaq Sninu L-Attur Joseph Fenech – Rajnieh Fost L-Oħrajn Waqt Il-Madonna Taċ-Ċoqqa, Fredu L-Fra U Ħbieb U Għedewwa

Joseph Fenech

Bħal-lum jiċċelebra għeluq sninu l-attur Joseph Fenech. Lil Joseph żgur li tiftakruh f'diversi produzzjonijiet lokali kemm televiżivi kif ukoll dawk teatrali.

Jieħu sehem f'għadd ta' xogħol teatrali fosthom dawk ta' żmien l-Għid. Apparti minn hekk Joseph kellu rwoli li spikkaw f'tant sensiliet televiżivi li għadhom anke jintwerew illum il-ġurnata.



Fosthom hemm Il-Madonna taċ-Ċoqqa, Fredu l-Fra, Miraklu, DREAMS, Il-Klikka, Ħbieb u Għedewwa, Saħta fuq Uliedi, u Iċ-Ċaqqufa.

Is-suċċess tiegħu kien ġie rikonoxxut meta ġie nominat darbtejn bħala Best Supporting Actor fil-Malta TV Awards, għall-interpretazzjonijiet eċċelenti tiegħu f'Miraklu u Fredu l-Fra.

It-tim ta' Gwida.mt jawguralu l-isbaħ xewqat f'għeluq sninu!

Ritratti:

Facebook/ Joseph Fenech

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI