Gwida.mt U Saint James Eye Clinic B’Kompetizzjoni Li Tista’ Tbiddillek Ħajtek

Jekk ilek tixtieq li tgħix mingħajr nuċċalijiet jew contact lenses, issa għandek opportunità li tista' tbiddillek ħajtek. Aħna ta' Gwida.mt, flimkien ma' Saint James Eye Clinic, nedejna kompetizzjoni li permezz tagħha persuna waħda se tirbaħ il-proċedura SMILE Laser Eye Surgery kompletament b'xejn, għaż-żewġ għajnejn.

Din il-proċedura hija waħda mill-aktar teknoloġiji moderni fil-korrezzjoni tal-vista u hija magħrufa għall-fatt li mhix daqstant invażiva. Il-proċedura ssir b'mod veloċi u b'ħin ta' rkupru relattivament qasir. Għal ħafna, tfisser il-libertà li jgħixu ħajjithom mingħajr ma jiddependu aktar fuq nuċċalijiet jew contact lenses.

Fil-filmat li qed jakkumpanja l-kompetizzjoni, li tistgħu ssegwu hawn taħt, pazjenta qed taqsam esperjenza personali ta' din il-proċedura, fejn tistqarr li qatt ma bassret li disa' sekondi biss setgħu jagħmlu differenza tant kbira fil-kwalità tal-ħajja tagħha.

Biex tieħu sehem fil-kompetizzjoni, trid:

  • Tagħmel follow lil Gwida.mt fuq Facebook u Instagram;
  • Tagħmel follow lil Saint James Eye Clinic fuq Facebook u Instagram;
  • Tittaggja tlitt iħbieb fil-kummenti tal-post tal-kompetizzjoni;
  • Tagħmel share tal-post fuq il-profil tiegħek.

Nhar is-Sibt 4 ta' Lulju, Saint James Eye Clinic Birkirkara se jorganizza Open Day, fejn dawk interessati jistgħu jżuru l-klinika, jiltaqgħu mat-tim mediku u jibbukkjaw l-ewwel konsultazzjoni tagħhom biex jiddiskutu jekk il-proċedura hijiex adattata għalihom.

Jekk dejjem xtaqt tara d-dinja b'għajnejk biss, mingħajr il-bżonn tan-nuċċalijiet jew contact lenses, din tista' tkun l-opportunità li kont qed tistenna.

Żur il-paġni ta' Gwida.mt u St. James Eye Clinic, segwi l-istruzzjonijiet tal-kompetizzjoni u forsi tkun int ir-rebbieħ tal-proċedura SMILE Laser Eye Surgery.



Informazzjoni Importanti

  • L-organizzaturi jirriżervaw id-dritt li jemendaw jew iħassru l-kompetizzjoni jekk ikun hemm ċirkostanzi lil hinn mill-kontroll tagħhom.
  • L-eliġibbiltà finali għall-proċedura tiġi determinata biss wara konsultazzjoni u assessjar mediku minn Saint James Eye Clinic.
  • Id-deċiżjoni tat-tim mediku hija finali.
  • Jekk ir-rebbieħ ma jkunx eliġibbli għall-proċedura wara l-assessjar mediku, Gwida u Saint James Eye Clinic jirriżervaw id-dritt li jagħżlu rebbieħ ieħor.
  • Din il-lista hija maħsuba bħala gwida ġenerali biss u ma tissostitwixxix konsultazzjoni jew eżami mediku professjonali.

Tajjeb li nfakkru li Termini u Kundizzjonijiet japplikaw. Għal-lista tat-Termini u Kundizzjonijiet agħfas HAWN.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI