“Malta Possibilment L-Aqwa Pajjiż Għall-Cliff Jumping” – L-Atleta Amerikana Kimberley Benson Tfaħħar Il-Gżejjer Maltin

L-atleta Amerikana tal-cliff diving Kimberley Benson qasmet kliem ta’ tifħir lejn Malta wara ż-żjara tagħha fil-gżejjer tagħna, fejn iddeskriviet il-pajjiż bħala wieħed mill-aqwa postijiet fid-dinja għal dan l-isport avventuruż.

Fuq il-midja soċjali, Benson qalet li Malta tista’ tkun "l-aqwa pajjiż għall-cliff jumping" li qatt rat, filwaqt li esprimiet l-ammirazzjoni tagħha għall-irdumijiet u l-postijiet spettakolari li joffru opportunitajiet uniċi għal dan l-isport.

Minkejja li ammettiet li ma setgħetx tagħmel daqstant qabżiet kemm xtaqet hi stess, hija qalet li xorta gawdiet ħafna l-esperjenza billi rat lil sħabha jwettqu qabżiet impressjonanti.

L-atleta temmet il-messaġġ tagħha b’nota pożittiva, fejn qalet li kienet esperjenza sabiħa u li diġà qed tistenna bil-ħerqa l-opportunità li terġa’ żżur Malta fil-futur.

Il-kummenti tagħha huma xhieda oħra tal-appell li għandhom il-kosti Maltin fost atleti internazzjonali, b’Malta tkompli tattira dilettanti tal-isports estremi minn madwar id-dinja grazzi għall-pajsaġġ naturali uniku tagħha.

Ritratti:

Instagram / kimberleysbenson

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI