“Sebestian Emmanuel Ellul, Kanadiż Ta’ 72 Sena, Ġie Rrappurtat Nieqes Lill-Pulizija” – The Malta Police Force

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, The Malta Police Force talbu l-għajnuna tal-publiku hekk kif raġel ġie rrappurtat nieqes riċentament.

Huma qalu, “Sebestian Emmanuel Ellul, Kanadiż ta’ 72 sena, ġie rrappurtat nieqes lill-Pulizija. Huwa deher l-aħħar f’Birżebbuġa u kien liebes shorts u flokk, beritta ħadra bil-kelma ‘Malta’ miktuba fuqha u basket żgħir ġriż ma’ qaddu.”

Żiedu, “Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, permezz ta’ messenger, jew iċċempel, anke b’mod anonimu, fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI