Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, l-preżentattriċi u kantanta Maria La Barokka Muscat, qasmet mas-segwaċi tagħha messaġġ importanti hekk kif bħalissa għaddejja scam ġdida li bosta min-nies qed jisfaw vittmi.
Hi qalet, “Scam ġdida. Nies qed jiġu 'hacked' fil-Whatsapp...fejn jintbagħtu messaġġi bħal dawn lill-kuntatti kollha. Jekk tirċievi messaġġ bħal dan taqax għalih! Hija scam! Pero infurmaw lill-persuna minn fejn irċevejt il-messaġġ, għax ma jkunx hu li bagħat! Oqogħdu attenti!”
Ixxerjaw l-artiklu biex tixxandar aktar il-kelma!