Il-Pubbliku Mħeġġeġ Jieħu Prekawzjonijiet Hekk Kif It-Temperaturi Jilħqu L-35°C

Id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard ħareġ twissija tat-temp isfar hekk kif illum it-temperaturi mistennija jilħqu l-35°C.

L-awtoritajiet qed iħeġġu lill-pubbliku biex jieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa sabiex jevita problemi relatati mas-sħana. Fost ir-rakkomandazzjonijiet hemm li wieħed jixrob ħafna ilma matul il-ġurnata u jagħżel ikel ħafif biex jgħin lill-ġisem jibqa’ idratat.

Il-pubbliku huwa mħeġġeġ ukoll biex jevita l-espożizzjoni diretta għax-xemx matul l-aktar sigħat sħan tal-ġurnata u jagħti attenzjoni partikolari lill-anzjani, lit-tfal żgħar u lil persuni b’kundizzjonijiet mediċi.

Aktar informazzjoni dwar kif tipproteġi lilek innifsek mis-sħana hija disponibbli permezz tal-kampanja Beat the Heat.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI