“Għaddew xahrejn minn mindu sibt lil Pina,” bdiet il-messaġġ tagħha Christa Cilia. “Stennejt sakemm bdiet tafdani. Illum qiegħda d-dar tirċievi l-imħabba li tistħoqq,” kompliet tgħid.
B’dan il-messaġġ emozzjonanti, Christa Cilia qasmet l-istorja sabiħa tal-kelba li serqet il-qlub ta’ bosta segwaċi fuq il-midja soċjali. Cilia tistqarr li wara ġimgħat ta’ tfittxija u paċenzja, Pina fl-aħħar sabet post sigur fejn tgħix.
Fil-kitba tagħha, Christa spjegat li meta sabitha, ma għaġġlitx biex tersaq lejha. Minflok, tat il-ħin kollu li kien hemm bżonn sabiex tibda tafdaha. Illum, dik il-paċenzja tat il-frott tagħha hekk kif il-kelba issa tinsab f’dar mimlija mħabba u kura.
Il-messaġġ tagħha serva ta’ tfakkira li xi drabi l-imħabba lejn l-annimali titlob ħafna paċenzja, dedikazzjoni u empatija, iżda l-imħabba bejn kelb u l-uman hija waħda imprezzabbli.
Fb/ Christa Cilia