“Wara Xi Bibien Hemm Silenzju Li Jgħajjat Għall-Għajnuna” – Appell Minn Josette Busuttil

Fuq il-paġna soċjali tagħha, Josette Busuttil qasmet storja emozzjonali filwaqt li appellat għall-ġenerożità tal-pubbliku biex jgħin familja li bħalissa għaddejja minn mumenti diffiċli.

Josette spjegat kif iltaqgħet ma’ Sharon, omm li, minħabba problemi matrimonjali, qed taffaċċja r-responsabbiltajiet kollha waħedha. Hija rrakkuntat li meta daħlet fid-dar tagħha, rat realtà li qanqlet emozzjonijiet kbar. Skont Josette, Sharon qed tagħmel minn kollox biex iżżomm lill-familja tagħha għaddejja, iżda bħalissa għandha bżonn l-għajnuna biex tipprovdi l-affarijiet bażiċi għat-tfal tagħha.

Fost il-ħtiġijiet hemm ħalib għat-trabi, ikel u deterġenti essenzjali għall-ħajja ta’ kuljum. Fl-appell tagħha, Josette saħqet li din mhijiex storja biex wieħed jiġġudika, iżda biex juri kompassjoni u solidarjetà ma’ familja li tinsab f’diffikultà.

Hija appellat lil kull min jista’ jgħin b’ikel, ħalib, deterġenti jew kwalunkwe għajnuna oħra biex jikkuntattjaha fuq in-numru 98112532. Żiedet  tgħid li anke min ma jistax jgħin materjalment jista’ jagħti kontribut billi jaqsam dan l-appell, sabiex dan jasal għand persuni li jistgħu jagħmlu differenza fil-ħajja ta’ din il-familja.

“Ġest żgħir ta’ ġenerożità jista’ jkun it-tama li familja tkun qed tistenna,” temmet tgħid.

Ritratti:

Fb/ Josette Busuttil

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI