Isaac Chetcuti sellem il-memorja ta' ħuh Hugo permezz ta' messaġġ emozzjonali li qasam tmien snin minn meta ħalla din id-dinja.
Fil-messaġġ tiegħu, Isaac qal li diffiċli jemmen li għaddew diġà tmien snin minn dak il-jum, filwaqt li stqarr li, minkejja li ħafna jgħidu li ż-żmien ifejjaq il-feriti, hu għadu jħoss in-nuqqas ta' ħuh kuljum.
"Diffiċli nemmen li għaddew tmien snin minn meta tlifnik... mhu se tintesa qatt. Inħobbuk," jitkeb Isaac.
Huwa żied li, għalkemm il-ħajja kompliet għaddejja, dejjem jibqa' jixtieq li seta' jerġa' jaqbad it-telefon biex jisma' leħnu jew iqatta' ġurnata oħra miegħu.
"Nittama li int u l-Mama tinsabu flimkien, tħarsu fuqna kuljum. Inġorrukom it-tnejn magħna f'qalbna, fil-memorji tagħna u f’dak kollu li nagħmlu. Qatt mhu se ninsewk, Hugo. Inħobbok, inħoss in-nuqqas tiegħek, u dejjem se nibqa’ nħossu."
Huwa temm il-messaġġ tiegħu b'wegħda li ħuh qatt mhu se jintesa.