Matthew Hammett Ikanta L-Kanzunetta Tal-Film I Bambini Giocano Alla Guerra Li Se Jintwera Waqt Il-Festival Tal-Films Ta’ Venezja

Matthew Hammett, tifel Malti ta’ 12-il sena, se jkun qed ikanta l-kanzunetta tal-film I bambini giocano alla guerra, li se jiġi ppreżentat waqt il-festival tal-films ta' Venezja fl-4 ta’ Settembru. Il-kanzunetta għandha mużika ta’ Vezio Bacci u lirika ta’ Marvin Lark.

Il-kunċett oriġina minn Marvin Lark. Fil-film jidhru l-atturi Martin Sapiano u Marvin Lark, flimkien ma’ Ria Pisani (13), Caszneya Sapiano (12), Raquela Sapiano (10), Elea Marie Borg Cardona (10) u Luca Camilleri Borg (10). Id-direzzjoni hija ta’ Mario Santocchio, filwaqt li l-produzzjoni saret minn Max Films.

Il-preżentazzjoni fil-festival tal-films ta' Venezja se tkun opportunità importanti għal Matthew Hammett biex iwassal il-vuċi u t-talent tiegħu fuq pjattaforma internazzjonali.

Ritratti:

Facebook / Abigail Hammett

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI