Ilbieraħ filgħaxija, Mychael Bartolo Chircop kien wieħed mill-artisti li ħa sehem f'wieħed mill-ikbar festivals li jsiru f'pajjiżna. Huwa esprima l-apprezzament u l-ferħ li ħass wara s-serata tal-Isle of MTV, li matulha kellu l-opportunita' li jiftaħ dan l-ispettaklu flimkien maż-żeffiena tiegħu.
Din l-esperjenza hija waħda unika li żgur se jġorrha miegħu għal dejjem, speċjalment minħabba l-udjenza kbira li kien hemm preżenti u l-artisti kbar li kantaw fl-istess kunċert.
Fir-ritratti li tella' fuq il-paġna tiegħu, Mychael irringrazzja lit-tim kollu tal-produzzjoni kif ukoll lill MTV għall-ħidma tagħhom, filwaqt li sostna li l-impenn u d-dedikazzjoni ta' dawk kollha involuti kienu kruċjali sabiex is-serata tkun waħda ta' suċċess.
Fl-aħħar, Mychael indirizza lill-ġenituri tiegħu filwaqt li rringrazzjahom talli sa mill-bidu nett tal-vjaġġ mużikali tiegħu, baqgħu dejjem jemmnu fih u b'hekk, kienu l-akbar sors ta' sapport għalih li mingħajr l-appoġġ tagħhom, l-esperjenza tiegħu ma kinitx ser tkun l-istess.
Il-messaġġ tiegħu ntlaqa' b'reazzjonijiet pożittivi mis-segwaċi tiegħu, li ngħaqdu miegħu biex jiċċelebraw dan il-mument importanti fil-karriera tiegħu.
Nawgurawlek kull suċċess Mychael!
Ritratti: Instagram/Mychael Bartolo Chircop / G7eventsMalta