Messaġġ Sabiħ Mingħand Andrew Azzopardi Lil Bintu Claire

claire azzopardi

F’messaġġ emozzjonanti, Andrew Azzopardi, missier l-atleta Maltija Claire Azzopardi, iddeskriviha bħala persuna li minkejja għandha biss 26 sena u dejjem tagħmel l-għalmu tagħha, speċjalment meta jiġi għall-isport.

Fil-messaġġ intqal li għal Claire d-dixxiplina tiġi fuq kollox, filwaqt li enfasizza wkoll li Claire issa tinsab fost l-aqwa atleti tad-dinja, lesta biex tikkompeti fl-ogħla livell u ġġorr magħha l-bandiera Maltija f’kompetizzjoni prestiġjuża bħal-Commonwealth Games.

L-atleta qed tagħti l-aħjar tagħha mhux biss għall-pajjiż iżda wkoll biex tkun ta’ ispirazzjoni għat-tfal tal-klabb tagħha, billi turihom li l-ħajja ta’ atleta fiha ħafna mumenti sbieħ iżda wkoll ħafna sagrifiċċji u sfidi.

Il-messaġġ ta’ missierha spiċċa b’tifħir lejha għall-kuraġġ, il-qawwa u l-passjoni tagħha, filwaqt li l-familja tagħha qalet li se tibqa’ magħha f’kull ħolma u sfida li tiffaċċja.

Ritratti: Facebook/Andrew Azzopardi

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI