Aktar Għarfien Fil-Ġlieda Kontra T-Theddid Diġitali – Neil Farrugia Vella Jtemm B’Suċċess Master Of Science Fis-Cybersecurity U L-Penetration Testing

Neil Farrugia Vella kiseb Master of Science in Cybersecurity and Penetration Testing b'distinction minn istituzzjoni f'Londra, kisba li tkompli ssaħħaħ il-kompetenzi tiegħu f'qasam li qed isir dejjem aktar kruċjali fid-dinja diġitali tal-lum.

Matul il-kors, huwa studja diversi oqsma relatati mas-cybersecurity, fosthom in-netwerks tal-kompjuter, is-sistemi operattivi, il-penetration testing, id-digital forensics, is-sigurtà tan-netwerks, is-soluzzjonijiet tas-cybersecurity u l-liġijiet li jirregolaw dan is-settur.

Ir-riċerka postgraduate tiegħu ffukat fuq l-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali fis-sigurtà tan-netwerks, fejn esplora kemm il-potenzjal ta' din it-teknoloġija kif ukoll l-isfidi li ġġib magħha.

Farrugia Vella sostna li s-cybersecurity hija waħda mill-akbar sfidi taż-żmien modern u li l-għarfien kif ukoll il-ħiliet prattiċi li kiseb matul l-istudji tiegħu jistgħu jikkontribwixxu biex jissaħħu l-kapaċitajiet ta' Malta f'dan il-qasam. Huwa qal ukoll li beħsiebu jkompli jiżviluppa l-karriera tiegħu fis-settur u jkompli jispeċjalizza f'teknoloġiji emerġenti relatati mas-sigurtà diġitali.

Neil Farrugia Vella ngħata appoġġ permezz tat-Tertiary Education Scholarship Scheme (TESS), skema li tappoġġja studenti Maltin fl-istudji terzjarji tagħhom u tħeġġeġ l-iżvilupp ta' ħiliet speċjalizzati li jistgħu jikkontribwixxu għall-pajjiż.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI