Il-Gżejjer Maltin mistennija jesperjenzaw jum ieħor ta’ sħana qawwija, bit-temperatura massima mistennija tilħaq id-39°C. Skont it-tbassir ippubblikat minn Mid-Djajru tat-Timba, dalgħodu se jkollna arja kemxejn imċajpra, iżda din mistennija tiċċara fi ftit ħin biex imbagħad ikollna jum xemxi.
It-temperatura massima mistennija tkun ta’ 39°C, filwaqt li dik minima tinżel biss għal 29°C. It-temperatura tal-baħar mistennija tkun ta’ 28°C. L-umdità dalgħodu kienet għolja ħafna u laħqet it-93%, filwaqt li r-riħ mistenni jkun ħafif u varjabbli mill-Majjistral.
Matul il-lejl it-temp mistenni jibqa’ ċar. Ħudu ħsieb u jekk se tkunu fuq barra, tinsewx tipproteġu ruħkom mix-xemx! Ixorbu kemm tistgħu ilma għax jgħinkom tul il-jum!