Il-preżentatriċi u ġurnalista Maria La Barokka kitbet messaġġ pożittiv fuq il-midja soċjali fejn fih ħeġġet lin-nies sabiex iżommu 'l bogħod minn persuni li ma jurux rispett u jagħmlu biss ħsara, mingħajr ma qatt biss jiskużaw irwieħhom.
Hi tirreferi għal ktieb li għandu l-pinna tal-awtriċi Mel Robbins li hu msejjes fuq il-prinċipju li wieħed m'għandux jaħli l-ħin, iżda minflok għandu juża ħajtu sabiex jagħmel il-ġid.
"Il-ħajja użaha għat-tajjeb, u min ma jridx japprezza t-tajjeb tiegħek, ħallih! Tiġri wara ħadd, ibqa' miexi 'l quddiem u l-enerġija tiegħek użaha għal dawk li jħobbuk u għal dawk li għandhom bżonn l-enerġija tiegħek," kitbet Maria La Barokka.
Facebook / Maria La Barokka Muscat