Melanie Kelly qasmet messaġġ mill-isbaħ u mimli mħabba għal Andreana hekk kif din illum tiċċelebra għeluq sninha.
F’messaġġ personali u emozzjonali, Melanie ddeskriviet lil Andreana mhux biss li tqisha bħala membru tal-familja, iżda wkoll bħala l-aqwa ħabiba tagħha u l-persuna li dejjem tista’ tistrieħ fuqha.
“Ħabibti. Oħti. Il-blata tiegħi. Ruħi. Kollox tiegħi,” kitbet Melanie, filwaqt li kompliet tisħaq kemm Andreana hija post sigur għaliha u persuna li magħha tista’ taqsam kollox.
Melanie qalet ukoll, li hija dik il-persuna li tafha minn ġewwa u minn barra, li tibqa’ maġenbha kemm fil-mumenti s-sbieħ kif ukoll f’dawk diffiċli, u qatt ma tieqaf turiha mħabbitha.
Hija esprimiet ukoll li l-ħajja hija sempliċement aħjar meta Andreana tkun fiha, u f’dan il-jum speċjali xtaqitilha dak kollu li tixtieq qalbha.
Aħna wkoll minn qalbna, nifirħu lil Andreana u nawgurawlha ħafna saħħa, ferħ u snin mimlija mħabba!
Facebook/Melanie Kelly