“Mhux Kulħadd Jista’ Jkun Champion. Imma Kulħadd Għandu Jkollu Ċ-Ċans Li Jipprova” – Il-President Emeritus, Marie-Louise Coleiro Preca

Il-President Emeritus u c-Chairperson tal-Malta Trust Foundation, Marie-Louise Coleiro Preca, qasmet messaġġ ta’ inklużjoni u tama dwar l-importanza li kull persuna tingħata l-opportunità li turi l-potenzjal tagħha.

“Mhux kulħadd jista’ jkun champion. Imma kulħadd għandu jkollu ċ-ċans li jipprova,” kitbet Coleiro Preca, filwaqt li saħqet fuq l-importanza tal-opportunità, il-fiduċja u l-appoġġ.

Hija spjegat, li l-esperjenza fil-Malta Trust Foundation uriet, li meta persuna tingħata l-appoġġ meħtieġ, il-potenzjal tagħha jibda joħroġ u, fuq kollox, nibdew naraw lill-persuna u mhux id-diżabilità tagħha.

Flimkien mal-Malta Paralympic Committee, il-Malta Trust Foundation qed tagħti ħajja ġdida lill-isport permezz tal-inizjattiva ISPORT+, li għandha l-għan li toffri aktar opportunitajiet, parteċipazzjoni u inklużjoni.

Coleiro Preca enfasizzat ukoll, li kull tifel u tifla, kif ukoll kull żagħżugħ u żagħżugħa, għandhom id-dritt li jippruvaw, jikbru u jiskopru x’jistgħu jagħmlu.

“Aħna nemmnu fik,” temmet tgħid b’messaġġ ta’ kuraġġ u fiduċja lejn dawk kollha li għandhom bżonn jingħataw iċ-ċans biex juru x’jafu jagħmlu.

Ritratti:

Facebook/Marie-Louise Coleiro Preca

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI