Matthew Camilleri Jimxi Minn Birżebbuġa Sal-Għarb B’Risq Ir-Richmond Foundation

Matthew Camilleri wettaq sfida mill-isbaħ b’għan nobbli, hekk kif mexa minn Birżebbuġa sal-Għarb b’risq ir-Richmond Foundation.

Il-Fondazzjoni rringrazzjat pubblikament lil Matthew għad-determinazzjoni, il-ġenerożità u l-impenn li wera biex permezz ta’ din l-isfida jiġbor fondi u jgħin fil-ħidma tagħha.

Iringrazzjat ukoll lil dawk kollha li appoġġjaw lil Matthew tul din il-mixja u li taw il-kontribut tagħhom għall-ġbir ta’ fondi. Kull għajnuna se tkompli tgħin lir-Richmond Foundation fil-ħidma tagħha ma’ dawk li jagħmlu użu mis-servizzi tagħha.

“Grazzi talli mort pass oltre – litteralment,” temmet tgħid il-Fondazzjoni b’messaġġ ħelu lil Matthew.

Ritratti:

Fb/ Richmond Foundation

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI