L-eks Membru Parlamentari Mario de Marco fakkar lil missieru, il-President Emeritu Guido de Marco, hekk kif illum jaħbat is-16-il anniversarju minn meta ħalla din id-dinja. F’din il-ġurnata ta’ tifkira, Mario qasam ritratt ta’ missieru akkumpanjat minn żewġ kelmiet sempliċi iżda mimlija tifsira, "Qatt minsi."
Guido de Marco miet fit-12 ta’ Awwissu tal-2010 fl-età ta’ 79 sena. Matul il-karriera politika tiegħu serva f’diversi karigi importanti, fosthom bħala Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin, qabel ma serva bħala President ta’ Malta bejn l-1999 u l-2004.
Sittax-il sena wara mewtu, il-memorja tiegħu tibqa’ ħajja fost il-familjari tiegħu u dawk li jiftakru l-kontribut li ta lill-ħajja politika u pubblika Maltija.
Facebook / John B Dougall