Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, It-Temp madwarna fakkru lis-segwaċi tagħhom dwar l-ekklissi parzjali tax-xemx li wieħed jista’ jara llejla.
Huma qalu, “Infakkru li fi nżul ix-xemx tal-lejla se naraw ekklissi parzjali tax-xemx minn Malta fejn 12% tax-xemx se titgħatta mill-qamar kif jidher fil-grafika. Dan l-eklissi solari b’mod totali (100%) se jkun jidher mit-Tramuntana ta’ Spanja, mill-Punent tal-Iżlanda u mil-Lvant ta’ Greenland.”
Żiedu jgħidu, “Fit-2 t’Awwissu tal-2027, 97% tax-xemx mistennija li titgħatta għall-ħabta tal-11:17am, f’avveniment storiku għal pajjiżna. L-aħjar post minn fejn tista’ tgawdi dan l-avveniment ta’ ftit minuti hu mill-kosta tal-Punent ta’ Malta, minn fejn ikun jidher ċar inżul ix-xemx. Ilbes nuċċali tax-xemx apposta, jekk se tħares lejn ix-xemx.”