Illum il-15 t’Awwissu qed niċċelebraw il-festa ta’ Santa Marija, festa għall-qalb il-Maltin u l-Għawdxin. Din il-ġurnata hija tifkira wkoll tad-devozzjoni li l-Maltin kellhom lejn Santa Marija meta fl-1942, wara żmien twil ta’ għaks u nċertezza waqt il-kruha tat-Tieni Gwerra Dinjija, l-Maltin talbu lil Santa Marija biex jidħol il-Konvoj SS Ohio li salva l-ħajja ta’ ħafna Maltin.
Bosta lokalitajiet jiċċelebraw din il-festa llum, b’kollox seba’ parroċċi. Dawn huma r-Rabat Għawdex, il-Mosta, l-Gudja, Għaxaq, l-Imqabba, Ħ’Attard u l-Qrendi.
Din il-festa għalina l-Maltin u Għawdxin mhux biss hi festa reliġjuża, iżda festa li tfakkarni fit-tama u l-fidi!
Wikipedia