Antiċipazzjoni kbira hekk kif illum Calvin Harris se jkun f’SummerDaze. Il-kunċert se jsir illejla f’Ta’ Qali fil-5pm għal spettaklu enormi.
Bħala wieħed mill-ismijiet ewlenin fix-xena tal-mużika dance moderna, Calvin Harris jippreżenta sett ibbażat fuq suċċessi globali bħal *We Found Love*, *Feel So Close* u *How Deep Is Your Love*, fejn jgħaqqad produzzjonijiet li telgħu fil-quċċata tal-klassifiki mal-enerġija vibranti tipika tal-festivals. Hu ħadem ma’ artisti kbar bħal Rihanna, Pharrell Williams u The Weeknd.
Dan l-avveniment huwa miftuħ biss għal dawk li għandhom aktar minn 17-il sena.