Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Soċjeta' Filarmonika Marija Annunzjata Ħal Balzan A.D. 1890 qasmu kitba interessanti dwar l-għażla tat-titlu tal-Parroċċa.
Huma qalu, “Meta l-Balzanin ġew biex jagħżlu t-titlu tal-Parroċċa, l-għażla kienet bejn l-Annunzjata jew l-Assunta, hekk kif dawn kienu l-aktar żewġ knejjes popolari fir-raħal. Tal-Lunzjata li kienet fil-parti t'isfel tar-raħal, u ta' Santa Marija fin-naħa ta' fuq. Għalkemm l-għażla waqgħat fuq il-Knisja tal-Lunzjata, id-devozzjoni lejn l-Assunta xorta waħda baqgħat b'saħħitha, u sal-lum il-ġurnata għadna ngawdu knisja mill-isbaħ f'ġieħ l-Assunta fi Triq il-Kbira. Nawgurawlkom ġurnata mill-aqwa f'dan il-Jum ta' Santa Marija.”
Il-festa t-tajba mit-tim ta’ Gwida.mt!