Charlotte Zammit - il-vittma tat-traġedja li seħħet f'residenza f'Ħaż-Żabbar ftit jiem ilu - se tingħata l-aħħar tislima proprju nhar il-Ġimgħa li ġej. Il-funeral tagħha mistenni jsir fil-Knisja ta' Maria Annunzjata fil-lokalita ta' Ħal Tarxien fid-8:45.
Matul dawn l-aħħar jiem, bosta li kienu qrib ta' Charlotte faħħru l-umiltà u l-perseveranza tagħha. F'messaġġ li kitbet fuq il-midja soċjali oħtha Angele, hi spjegat kif Charlotte qatt ma kellha ħajja faċli, iżda madankollu baqgħet dejjem determinata sabiex tkompli b'ħajjitha, tant li ftit qabel il-mewta traġika tagħha "hi kienet lesta għal kapitlu ġdid f'ħajjitha".
Facebook / Newwes Funeral Services