Id-Dukessa Meghan Markle Jaf Tirritorna Bħala Attriċi

Rapporti internazzjonali qed isemmu li d-Dukessa Meghan Markle jaf tagħmel ir-ritorn tagħha bħala attriċi fix-xhur li ġejjin. Lura fl-2017, hi kienet ħabbret li mhijiex se tkun qiegħda tkompli bil-karriera tagħha fir-reċtar wara li kienet għadha kif tgħarrset lill-Prinċep Harry.

Is-sit CNN semma li d-Dukessa Ingliża bħalissa hi parti minn diskussjonijiet li qed isiru sabiex hi possibbilment tkun parti mit-tielet staġun ta' serje Ingliża popolari magħrufa bħala 'The Gentlemen'.

Ftit jiem ilu l-koppja ħabbru wkoll id-deċiżjoni tagħhom li fil-ġimgħat li ġejjin jirritornaw l-Ingilterra. Dan hekk kif huma ilhom għal dawn l-aħħar snin jgħixu l-Amerka wara li fl-2020 kienu ddeċidew li ma jibqgħux jilagħbu rwol attiv fil-ħidma tal-Familja Rjali.

Ritratti:

X / Fox News Entertainment

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI