“Dawn L-20 Sena Għaddew Qishom ‘Reel’ Ta’ Instagram” – It-Tenur Lokali Joseph Calleja Lil Ibnu

Xandru iben Joseph

Illum hu jum speċjali għat-tenur lokali Joseph Calleja, hekk kif illum hi d-data meta sar missier. Missier iż-żagħżugħ ta' 20 sena Xandru, li kitiblu messaġġ biex jawguralu.

"Dawn l-20 sena għaddew kważi qishom reel ta' Instagram. Diffiċli ma narakx minn tifel żgħir li dejjem kien ikun irid jitla' fuq spallejja, għal żagħżugħ sod li sirt illum – bi spallejk sodi. Kburi bik."

Qasam filmat li propju juri mumenti differenti matul dawn l-20 sena tiegħu u ta' ibnu Xandru.

Awguri!

Ritratti:

Facebook/ Joseph Calleja

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI