Il-Ministru Alison Zerafa Civelli qasmet messaġġ mill-isbaħ iddedikat lil żewġha Chris, hekk kif illum il-familja qed tiċċelebra ġurnata speċjali għalih. Permezz ta’ post fuq il-midja soċjali, Alison irringrazzjat lil Chris għall-imħabba, l-appoġġ u d-dedikazzjoni li juri kontinwament lejn il-familja tagħhom.
"Ġurnata speċjali fejn niċċelebraw lilek, Chris. Grazzi tal-imħabba, l-appoġġ u d-dedikazzjoni lejn il-familja tagħna. Jien u Carla napprezzaw dak kollu li tagħmel għalina kuljum," kitbet il-Ministru. Hija temmet il-messaġġ tagħha bi kliem sempliċi iżda mimli mħabba, "Inħobbuk ħafna Chris."
Messaġġ mill-qalb li juri r-rabta sabiħa bejn Alison, Chris u binthom Carla, u l-apprezzament lejn dak kollu li jagħmel għall-familja tagħhom. Minn Gwida, ningħaqdu magħhom u nawguraw lil Chris l-isbaħ xewqat f’din il-ġurnata speċjali!
Facebook / Alison Zerafa Civelli