L-eks Ministru George Pullicino qasam messaġġ mill-qalb b’tifkira ta’ oħtu Maria, f’ġurnata li kieku kienet tkun qed tiċċelebra għeluq il-61 sena tagħha. Pullicino, li serva għal diversi snin fil-Parlament Malti u okkupa wkoll karigi ministerjali, fakkar f’oħtu li tilfet ħajjitha meta kienet għadha tifla.
“Il-lum kien ikun għeluq il-61 sena ta’ oħti Maria. Sfortunatament, hija ħallietna 49 sena ilu, meta kellha biss 12-il sena. Awguri f’għeluq sninek fis-sema,” kiteb Pullicino. Minkejja li għaddew kważi ħames deċennji minn din it-telfa, il-messaġġ ta’ Pullicino juri kif il-memorja ta’ persuna għażiża tibqa’ ħajja tul is-snin, speċjalment f’dati partikolari bħal għeluq sninha.
Ċertament li ħafna jistgħu jifhmu l-emozzjoni wara kliem Pullicino, hekk kif f’ġurnata li kellha tkun waħda ta’ ċelebrazzjoni, huwa għażel li jfakkar fil-memorja ta’ oħtu Maria.
Facebook / George Pullicino