Għalkemm ninsabu fil-libertà li nikkumentaw u niktbu fuq il-midja soċjali dak li nħossu, jeżisti limitu fuq kollox u ħafna min-nies ma jafux jagħrfu meta dan jinqabeż. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna Għal Jean Paul, ommu Isabelle qasmet ritratt ta’ kumment mifni mibgħeda ta’ persuna fejn qal li kienet hi li bgħatet lil binha jaħdem fil-ġebel.
Hi qalet, “L-ewwel parti mis-serje, Mulej, aħfrilhom għax ma jafux x'inhuma jgħidu. Dan huwa s-Sur John Dimech li jrid jitfagħni mal-akkużati li "qatlu" lil ibni bħala Kompliċi għax skontu jien bħala ommu għandi tort! Avolja ibni mar hemm biex jieħu xi ritratti lil Perita!”
Żiedet, “Rispett kbir lil ħaddiema kollha fis-settur tal-kostruzzjoni u nikkundanna bil-kbir lil kull min iwaħħal fil-ġenituti meta jweġġa' jew imut xi ħadd. Nippreferu ninsew in-nuqqas ta' dixxiplina li hawn fil-pajjiż kif ukoll xi traskuraġni li seta' kien hemm fuq is-sit! Qalbi tinqasam b'kummenti hekk! Inkomplu bit-tieni parti daqt! Tgħanniqa lilkom kollha li turuni ħafna mħabba u għandkom għal qalbkom Malta aħjar mingħajr kuluri.”
Kumment verament mhux postu u tal-mistħija. Solidarjetà ma’ Isabelle.
Għal Jean Paul