Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Rockestra żvelaw li s-sena 3 kondutturi ser ikunu qed jitilgħu fuq il-podju ta’ Rockestra.
Huma qalu, "Din is-sena, tliet kondutturi se jitilgħu fuq il-podju tar-Rockestra, u se jerfgħu r-responsabbiltà kbira li jkomplu fuq il-passi tal-Mro Aurelio Belli. Aleandro Spiteri Monsigneur, Daniel Cauchi u Kevin Abela lkoll ħadmu mill-qrib mal-Mro Belli tul is-snin, u taw il-kontribut tagħhom lir-Rockestra f’diversi rwoli, filwaqt li qasmu miegħu l-mużika, l-enerġija u l-memorji sbieħ li huwa għen biex jinħolqu.”
Żiedu, "F’Settembru li ġej, it-tlieta li huma se jingħaqdu biex imexxu edizzjoni tassew speċjali tar-Rockestra, iddedikata għall-memorja tal-Mro Aurelio Belli."