Illum Tingħata L-Aħħar Tislima Fis-Siġġiewi Lit-Tabib Carmel Vella Li Miet Fl-Età Ta’ 87 Sena

B’niket, aktar kmieni din il-ġimgħa, tħabbret il-mewt ta’ Dr Carmel Vella, tabib tal-familja rispettat ferm u magħruf minn ħafna, li ħalliena fl-età ta’ 87 sena. Il-Parroċċa tas-Siġġiewi ħabbret id-dettalji tal-aħħar tislima lil Dr Vella. Iċ-ċelebrazzjoni tal-ħajja tiegħu se ssir illum, il-Ġimgħa 11 ta’ Settembru 2026, fil-Knisja Arċipretali ta’ San Nikola fis-Siġġiewi, fl-16:00.

Dr Vella kien tabib tal-familja rispettat ħafna, li tul is-snin kien ta servizz lil bosta familji u kiseb l-istima ta’ ħafna nies li kellhom ix-xorti jsiru jafuh u jirrikorru għandu. “Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…,” kitbet il-Parroċċa tas-Siġġiewi fil-messaġġ li bih ħabbret il-mewt tiegħu.

F’dan il-mument ta’ niket, minn Gwida.mt ningħaqdu mal-ħafna li qed isellmu l-memorja ta’ Dr Carmel Vella u nwasslu l-kondoljanzi tagħna lill-familja, lill-qraba u lil dawk kollha li kienu jafuh.

Ritratti:

Facebook / Paroċċa San Nikola

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI