“Lejn In-Naħa T’Isfel Ta’ Malta Mistennija Xita Moderata Għal Ftit Minuti” – Aġġornament Tat-Temp

xita

Il-kundizzjonijiet tat-temp fil-gżejjer Maltin inbidlu fl-aħħar sigħat, b’xita u sajjetti jersqu lejn il-gżejjer.

F’Għawdex, bħalissa hemm xita qawwija fil-madwar, b’xita lokalizzata mistennija taffettwa wkoll xi nħawi tal-gżira fil-ħin li ġej. Is-sitwazzjoni hi akkumpanjata minn attività qawwija ta’ sajjetti u beraq, hekk kif żoni ta’ maltemp ikomplu jiċċaqalqu fiż-żona.

Anke fin-naħa t’isfel ta’ Malta hemm possibbiltà ta’ xita, b’ħalbiet moderati mistennija f’xi nħawi għal ftit minuti.

Għaldaqstant, dawk li se jkunu qed jivvjaġġaw jew joħorġu kmieni llum huma avżati biex joqogħdu attenti għal tibdiliet f’daqqa fil-kundizzjonijiet tat-temp, partikolarment f’żoni affettwati minn ħalbiet qawwija u maltempati bir-ragħad.

"Xi xita lokalizzata fuq Għawdex fil-ħin li ġej… Lejn in-naħa t'isfel ta' Malta mistennija xita moderata għal ftit minuti," kitbet il-paġna.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI