Il-Ministru Jonathan Attard qed jiċċelebra okkażjoni speċjali ħafna flimkien ma’ martu, hekk kif illum jaħbat it-13-il anniversarju taż-żwieġ tagħhom. Għal din l-okkażjoni, il-Ministru qasam messaġġ personali fuq il-mezzi soċjali, fejn esprima l-gratitudni tiegħu għas-snin li qattgħu flimkien u ħares b’entużjażmu lejn dak li għad għandu lest għalihom il-futur.
“13-il sena miżżewġin. Grat għal kull pass ta’ dan il-vjaġġ u ħerqan għal dak kollu li għadna se ngħixu flimkien ma’ wliedna Siena u Ava,” kiteb Jonathan Attard. Fil-messaġġ tiegħu, huwa semma wkoll liż-żewġ uliedhom, Siena u Ava, li flimkien magħhom komplew jibnu l-familja tagħhom matul dawn is-snin.
Tlettax-il sena ta’ żwieġ iġibu magħhom ħafna memorji, esperjenzi u mumenti li jibqgħu għal dejjem, filwaqt li dan l-anniversarju jagħti ċans lill-koppja tħares lura lejn il-vjaġġ li għamlet flimkien u lejn dak kollu li għad irid jiġi. Minn Gwida.mt nawguraw lil Jonathan Attard u lil martu anniversarju mill-isbaħ u aktar snin ta’ mumenti sbieħ flimkien mal-familja tagħhom!
Facebook / Jonathan Attard