L-attur u preżentatur lokali Davide Tucci huwa wiċċ familjari llum il-ġurnata li m'għandu bżonn ta' ebda introduzzjoni. Hu qed jiċċelebra għeluq sninu llum!
Davide huwa attur li kien parti minn produzzjonijiet popolari f'Malta kif ukoll għamel suċċessi anke barra minn xtutna fuq it-televiżjoni. Davide ħa sehem fost l-oħrajn f'sensiliet lokali bħal, Katrina, Iċ-Ċaqqufa, Division 7, Miraklu u aktar.

Ritratt: Facebook/ Davide Tucci
Apparti minn hekk rajnieh f'produzzjonijiet Taljani bħal So Tutto Di Te, u Un Passo Dal Cielo. Davide huwa persuna li anke permezz tal-kontenut li jitfa' fuq il-midja soċjali, iwassal messaġġi sbieħ.
Dal-aħħar snin ta sehmu anke bħala preżentatur fosthom fil-Malta Eurovision 2025, u bħalissa waqt il-programm Serving Servizzi fuq TVM.
Awguri minn qalbna Davide!
Facebook/ Davide Tucci