Tħabbret Il-Mewt Tal-Mikrobijologu U Eks-Lettur Il-Professur Paul Cuschieri

Il-Kamra tal-Ispiżjara ta’ Malta ħabbret b’sogħba l-mewt tal-mikrobijologu u eks-lettur, il-Professur Paul Cuschieri. F’messaġġ ippubblikat dalgħodu, il-Kamra sellmet il-memorja tiegħu u ddeskrivietu bħala wieħed mil-letturi leġġendarji tal-passat, kif ukoll bħala persuna li ħalliet marka importanti fuq bosta studenti tal-farmaċija tul is-snin.

“Il-Professur Cuschieri kien ġentlom veru, bi standards professjonali u etiċi għoljin. Hu għallem lil ħafna studenti tal-farmaċija u kien kburi ħafna bina,” kitbet il-Kamra tal-Ispiżjara. Il-Kamra kompliet tgħid li l-ħidma tiegħu ħalliet impatt dejjiemi fuq il-professjoni, kif ukoll fuq il-qasam tas-saħħa f’Malta, id-dinja akkademika u l-wirt tal-laboratorji tal-mikrobijoloġija.

“Ħalla marka li ma titħassarx fuq il-professjoni tagħna u fuq il-wirt Malti fil-qasam tas-saħħa, dak akkademiku u tal-laboratorji tal-mikrobijoloġija,” komplew jgħidu. Il-President u l-Kunsill Eżekuttiv tal-Kamra tal-Ispiżjara temmew il-messaġġ tagħhom b’tislima lill-Professur Cuschieri, “Jalla l-Mulej jagħtih il-mistrieħ ta’ dejjem.”

Kondoljanzi lill-familja, qraba, kollegi, eks-studenti u dawk kollha li kellhom ix-xorti li jsiru jafuh. Strieħ fis-sliem.

Ritratti:

Facebook / Michael Spiteri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI