L-isptar Mater Dei ħareġ messaġġ permezz ta’ kitba fuq il-midja soċjali wara persuna pruvat tati b’xejn siġġu tar-rotti fi grupp fuq Facebook.
Qalu, “Dak li huwa mikri għandek mill-Isptar, ma tistax ittiħ b'xejn! Persuni li għandhom mikrija għandhom medical devices bħal wheelchairs, krozzi, rollators, etc għandhom jirritornawhom lura lejn l-Isptar Mater Dei hekk kif ilestu mill-użu tagħhom.”
“Dan sabiex nirrifondu lura d-depożitu li jkun tħallas fuqhom u biex wara li jitnaddfu, ikunu jistgħu jerġgħu jintużaw minn ħaddieħor”, tennew.
Il-persuna pruvat tati dan is-siġġu tar-roti permezz ta’ kitba fuq il-grupp Recycle Things Malta (FREE ITEMS ONLY) fejn fih jingħataw diversi oġġetti b’xejn frekwenti.
Mater Dei Hospital