“Fly High Sweet Angel” –  Qattusa Tinstab Mejta Fit-Triq Lejn L-Inħawi Tas-Swieqi

B’diqa kbira ġie rrakkuntat messaġġ allarmanti fuq il-paġna Rubs Puppy Love. Persuna li tinsab parti minn dan il-grupp iddeskriviet  xena  ta’ qsim il-qalb fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu.

Il-persuna rrakkuntat kif hi hu ħierġa dalgħodu sabet qattusa mitluqa fl-art fit-triq faċċata tal-Liquid Club. Din il-qattusa sfortunatament ġiet ivverfikata mejta.Din il-persuna spjegat li malli lemħet lill-qattusa kkuntattjat lid-Dipartiment tat-Tindif sabiex is-sitwazzjoni tiġi mal-ewwel indirizzata.

Skont din il-persuna li sabitha, jidher li l-qattusa setgħet intlaqtet minn vettura, għalkemm iċ-ċirkostanzi eżatti tal-inċident mhumiex magħrufa. B’dispjaċir kitbet “Fly high sweet angel,” filwaqt li appellat lis-sewwieqa biex ikunu aktar moħħhom hemm fit-toroq u biex f’każ li jseħħ inċident li jinvolvi annimal, ma jibqgħux għaddejjin qisu ma ġara xejn.

Każ bħal dan tal-lum huwa tfakkira ta’ kemm sekonda ta’ attenzjoni tista’ tagħmel differenza fit-triq, speċjalment f’żoni fejn jista’ jaqsam xi annimal mingħajr ma jkun mistenni.

Ritratti:

Facebook/ Il-Paġna Uffiċjali ta’ Rubs Puppy Love & Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI