“Mingħajr L-Għalliema, Ma Konniex Naslu Fejn Wasalna”: Il-Messaġġ Mill-Qalb Ta’ Byron Camilleri Lill-Għalliema L-Ġodda

F’messaġġ sinċier lill-għalliema li se jibdew dan il-vjaġġ il-ġdid, il-Ministru għall-Edukazzjoni Byron Camilleri ma beżax iħares lura lejn iż-żmien tiegħu bħala student u jammetti li lanqas hu ma kien “student perfett”.

B’ċerta umiltà, qal li kien hemm drabi fejn lanqas hu ma kien ikun l-aktar wieħed bil-għaqal. Illum, snin wara, jinsab f’pożizzjoni differenti u kellu messaġġ importanti għal dawk li se jkunu qed jedukaw lill-ġenerazzjonijiet li ġejjin.

Qalilhom li se jiltaqgħu ma’ studenti li jġibu magħhom sfidi, iżda li, flimkien ma’ dawn l-isfidi, se jasal ukoll sodisfazzjon kbir. “Mingħajr l-għalliema, kieku aħna ma konniex dak li aħna llum.” Kliem li jfakkar kemm persuna tista’ tħalli marka fuq ħajja oħra, kultant mingħajr lanqas tinduna.

Il-Ministru saħaq ukoll li l-għalliema mhumiex hemm biss biex jedukaw, iżda biex ifittxu l-għajnuna meta jkollhom bżonnha u jieħdu ħsieb il-benesseri tagħhom għax fl-aħħar mill-aħħar, qed jippreparaw mhux biss studenti, iżda s-soċjetà ta’ għada.

Ritratti:

Facebook/Byron Camilleri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI