Wara tlett ijiem b’deni persistenti, Lennon kellu jittieħed l-Emerġenza sabiex jingħata l-kura meħtieġa u bħalissa jinsab taħt osservazzjoni medika.
Għal min ma jafx, Lennon jgħix bil-Zellweger Spectrum Disorder, kundizzjoni rari li tista’ tinvolvi diversi sistemi tal-ġisem u li teħtieġ kura u monitoraġġ kontinwu. Skont il-messaġġ li nqasam, Lennon qed jiġi kkurat għal infezzjoni respiratorja, filwaqt li t-tim mediku qed jieħu ħsiebu u jimmonitorja l-kundizzjoni tiegħu.
Il-familja esprimiet, il-gratitudni tagħha lejn it-tobba, l-infermiera u l-carers kollha li qed jagħtu l-għajnuna u l-kura tagħhom lil Lennon f’dan il-mument. Fl-istess waqt, saret talba speċjali biex Lennon jinżamm fil-ħsibijiet u fit-talb ta’ dawk kollha li jafu bih u qed isegwu l-vjaġġ tiegħu.
It-Tim ta' Gwida.mt, wkoll jixtieq lil Lennon fejqan ta' malajr!
Lennon John – Fighting Zellweger Spectrum Disorder